Filmat: Il-Qorti din il-ġimgħa tiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tal-inkjesta Egrant

Read in English.

Il-Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li propju din il-ġimgħa l-qorti se tiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tal-inkjesta Egrant.

Meta kien qed jitkellem f’attività politika fil-Mosta, Muscat qal li l-kwistjoni mhix jekk ma għandux jiġi puublikat iżda meta biex ma jkunx preġudikati l-investigazzjonijiet tal-Pulizija.

Muscat qal li hu u familtu għandu interess li dan ir-rapport jiġi ppubblikat jista’ jkun li ż-żmien hu wieħed delikat.

Huwa qal li ninsabu f’ġimgħa fejn l-Unjoni Ewropea qalet li ħadet żball għaliex l-ekonomija qed tikber iktar milli stennew. Huwa qal li l-ammont ta’ nies jirreġistraw naqsu minn 7,000 għal 1,800, jiġifieri minn  tnejn u minn kull tlieta sabu x-xogħol mill-2013 ‘il quddiem.

Il-Mexxej Laburista qal li l-faqar jiġi kumbatut bix-xogħol u s-servizzi soċjali. Xorta qal li fadal 14,000 persuna li qed jgħixu b’kundizzjoni inaċċettablli, il-gvern mhux qed jaħbih u mhux se jistrieħ qabel ma jinqered il-faqar kollu.

F’sitt snin il-Gvern ħoloq xogħol aktar milli għamlu Amministrazzjoni Nazzjonalist li f’25 sena

Muscat qal li dak il-Gvern ħolqot iktar xogħol f’sitt snin milli għamel Gvern Nazzjonalista f’25 sena.

“Ħaddieħor bejn l-1987 u l-2012, ħoloq 56,500 post tax-xogħol.  Aħna f’sitt snin ħloqna 66,000 post tax-xogħol… dak li ħaddieħor ħoloq f’25 sena aħna qbiżnih f’ħames snin biss,” qal il-Prim Ministru.

Infrastruttura, Innovazzjoni u Inkluzzjoni

Huwa qal li l-prijorità m’għandix fuq ix-xogħol iżda l-kwalità tal-ħajja. Musat qal li ġaladarba li l-kwalita’ tal-ħajja saret l-għola priorita’ tal-Maltin isir ukoll l-ikbar prijorità tal-Gvern. Huwa qal li l-Gvern qed jibbaża l-istrateġija tiegħu fuq dan il-punt permezz ta’ tliet pilastri: infrastruttura, innovazzjoni u inkluzzjoni.

Muscat qal li l-Gvern irid itejjeb l-infrastruttura tat-toroq billi jnaqqas il-ħin tal-vjaġġi, joħloq innovazzjoni li tippremetti l-ħaddiema isibu bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja u l-inkluzzjoni li tippromwovi li naħdmu flimkien u mhux kontra xulxin.

Mill-banda l-oħra, il-Partit Nazzjonalista għandu ma skoprix il-priniċipju tiegħu u allura joħroġu b’dikjarazzjonijiet kontra-dittor-ji u li ma wasslux imkien. Huwa qal li għalhekk ħarġu bi qlajjiet kontra tiegħu.

Il-Prim Ministru fisser kif il-gvern qed juri wkoll ir-ruħ soċjali tiegħu fejn  minn pjan fejn kien se jkollna 1,000 post tal-housing ġdid, issa permezz ta’ bidla, fi ftit tax-xhur oħra se jkollna 1,700 post ġdid. Settur fejn il-gvern se jagħmel bidliet oħra.

“Dan hu gvern li ma jistriehx fuq is-suċċessi tiegħu… m’aħniex se nistrieħu fuq dawn is-suċċessi,” qal il-Prim Ministru li semma l-investiment li se jsir fiċ-ċentru tal-ortopedija u l-investiment li qed isir f’San Vincenz De Paul, anke f’sezzjoni fejn jħixu ż-żgħażagħ.