Il-Qorti bla ħniena għal żagħżugħ li stupra u qatel tifla ta’ 6 snin

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=0Fyya7PuOcQ]

Raġel instab ħati li stupra u qatel tifla ta’ sitt snin u ngħata erba’ sentenzi tal-mewt mill-Qorti.
Imran Ali ta’ 24 sena nstab ħati li stupra u qatel lil Zainab Ansari fil-Pakistan ix-xahar li għadda.
Il-katavru taċ-ċkejkna nstab ħdejn sit taż-żibel fil-belt ta’ Kasur, fin-Nofsinhar ta’ Lahor nhar id-9 ta’ Jannar.
Il-mewt tat-tifla qajmet furur madwar il-pajjiż, inkluż diversi rvellijiet kontra l-allegat inkompetenza tal-Pulizija fil-Pakistan fejn saħansitra mietu żewġ persuni.
Missier il-vittma kien fil-Qorti biex jisma’ l-verdett.
Il-qattiel ta’ Zainab instab ħati wkoll li kellu x’jaqsam ma’ diversi delitti u stupri fuq bniet oħra fl-akwati.
Diversi xhieda taw ix-xhieda tagħhom kontra Ali waqt is-smiegħ tal-każ, fejn ġiet preżentata evidenza forensika u diversi tesijiet tal-polygraph.
L-avukat ta’ Ali rtira mill-każ wara li Ali stess ammetta l-akkużi kollha miġjuba kontrih.
Huwa ngħata erba’ sentenzi għall-mewt fuq ħtif, stupru, qtil u att ta’ terroriżmu, kif ukoll sentenza ta’ għomor il-ħabs għal sodomija u multa.
L-akkużat issa għand u15-il ġurnata biex jappella l-verdett li ngħata mill-Qorti.
Il-Pulizija kienet tinsab taħt pressjoni kbira biex issib min qatel lil Zainab u diversi tfal oħra.
Il-familja ta’ Zainab qalet li l-Pulizija ma ħadietx azzjoni fl-ewwel ħamest ijiemi minn meta t-tifla kienet irrappurtata nieqsa u meta nstab il-katavru tagħha, tant li kienu l-familjari tagħha stess li stinkaw biex jakkwistaw il-filmat mill-kameras tas-sigurtà ta’ fejn dehret l-aħħar, u mhux il-Pulizija.
Il-filmat, li juri lit-tifla gwiedata minn raġel, kien inxtered fuq il-midja soċjali bil-għan li t-tifla tinstab.
Ali kien arrestat mill-Pulizija fit-23 ta’ Jannar.