Il-qniefed Maltin fil-bżonn ta’ ħwejjeġ użati

17-il kunsill lokali qed jingħaqdu flimkien ma’ GreenPak, f’kampanja biex jinġabru ħwejjeġ użati għar-riċiklaġġ.
Il-fondi li se jinġabru se jmorru b’risq ir-rijabilitazzjoni u l-fejqan tal-qniefed, li qed issir mill-Wildlife Rescue Unit ta’ Nature Trust Malta.
Din is-sena biss, diġà ġew salvati 120 qanfud u wara li nagħtaw il-kura, reġgħu nħelsu fl-ambjent naturali tagħhom.
S’issa nġabru iktar minn erba’ tunnellati ta’ ħwejjeġ użati u aċċessorji oħra.
Il-kunsilli lokali li qed jipparteċipaw huma: Santa Venera, San Ġwann, il-Mosta, l-Imsida, Ħal Kirkop, Ħal Għaxaq, iż-Żurrieq, il-Qrendi, Ħal Lija, Santa Luċija, Pembroke, il-Belt Valletta, in-Naxxar, Ħal Qormi, l-Imqabba, ix-Xagħra u Ta’ Sannat.
Aktar dettalji fuq www.greenpak.com.mt, 21661081 jew info@greenpak.com.mt.