Il-qgħad jonqos fi 22 pajjiż tal-UE

Ir-rata ta’ qgħad fiż-Żona Ewro matul April 2015 naqqset b’0.1% meta kkumparat ma’ Marzu tal-istess sena.
Meta kkumparat mal-persentaġġ irreġistrat f’April tal-2014, il-qagħad naqas b’0.6%.
Skont il-Eurostat, il-persentaġġ tal-qgħad fl-UE matul April kien ta’ 9.7%, tnaqqis mill-10.3% li kien irreġistrat f’April tal-2014.
Ikkumparat ma’ sena ilu, ir-rata tal-qgħad f’April tal-2015 naqset fi 22 pajjiż membru u żdiedet f’sitta. 
L-istatistika turi li matul April, fl-Unjoni Ewropea kien hawn mat-23 miljun persuna bla xogħol. 17-il miljun minn dawn jinsabu fiż-Żona Ewro. Ikkumparat ma’ Marzu tal-2015, il-qgħad naqas b’126,000 persuna.
L-iżgħar rata ta’ qgħad kienet irreġistrata fil-Ġermanja, b’4.7% filwaqt li l-Greċja rreġistrat l-ogħla, b’25%.
Ikkumparat ma’ sena ilu, ir-rata tal-qgħad f’April tal-2015 naqset fi 22 pajjiż membru u żdiedet f’sitta.