Il-qgħad jonqos b’0.1% minn Awwissu għal Settembru

Read in English.

F’Settembru 2020 l-qgħad naqas b’0.1% mix-xahar li għadda. Però, żdied b’0.4% meta mqabbel ma’ Settembru 2019.

Il-figuri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru kif in-numru ta’ nies bla xogħol matul Settembru kien ta’ 10,731. L-ikbar ammont ta’ nies bla xogħol kienu rġiel bejn l-età ta’ 25 u 74 sena.

Infatti, hemm 1,717 persuna iżjed minn Settembru tal-2019 li huma reġistrati bla xogħol. Però, in-numru ta’ nies reġistrati bla xogħol naqas b’287 meta tikkumpara n-numri ma’ Awwissu 2020. Matul Settembru, 3,385 persuna rreġistraw għax-xogħol.