Il-qgħad ikompli jonqos

F’Diċembru li għadda l-għadd ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol kien ta’ 4,615. Dan ifisser tnaqqis fuq Diċembru tal-2014 meta l-għadd ta' persuni jirreġistraw kien ta' 6,287.
Skont l-informazzjoni maħruġa mill-ETC, meta mqabbel ma’ Diċembru 2014, kien hemm tnaqqis ta’ 1,699 persuna li qed jirreġistraw taħt l-ewwel parti u żieda ta’ 16 fost dawk li qed jirreġistraw taħt it-tieni parti.
Barra minn hekk, tnaqqis fil-qgħad kien irreġistrat fost il-gruppi kollha tal-etajiet.
L-ikbar tnaqqis kien f'dawk li ilhom jirreġistraw ‘il fuq minn sena.
L-għadd ta' persuni b’diżabilità li kienu qed jirreġistraw f'Diċembru naqas b'44% u jilħaq it-398. 79.6% minnhom kienu rġiel.
Il-maġġoranza tal-irġiel (17.8%) fir-reġistru tal-qgħad, fittxew is-snajja' u xogħol simili, filwaqt li n-nisa (28.7%) fittxew xogħol klerikali.