Il-qgħad f’Għawdex f’livell baxx – Caruana

Fi stqarrija, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana laqgħet b’sodisfazzjon l-aħħar ċifri maħruġa mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika fejn ikkonfermaw li l-qgħad f’Għawdex kompla jonqos.

Il-Ministru Caruana qalet li dan kien frott tal-inizjattivi u l-inċentivi li fassal u nieda l-Gvern u li s-suċess tagħhom ġie ikkonfermat mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika.

“Il-Gozo Employment Scheme kienet skema li ġiet introdotta din is-sena u li permezz tagħha, inħolqu aktar minn 80 impjieġ ġdid f’Għawdex fis-settur privat” qalet Caruana. Hi saħqet kif l-isfida preżenti fil-gżira Għawdxija hi dik li jinstabu aktar riżors uman u kien għalhekk li l-Ministeru għal Għawdex introduċa din l-iskema biex permezz tagħha ikomplu jitjiebu l-kundizjonijiet tal-ħaddiema li jaħdmu f’Għawdex.