Il-qgħad f’Ottubru jonqos

L-għadd ta’ dawk jirreġistraw għax-xogħol f’Ottubru niżel għal 4,916.
L-NSO qal li, imqabbel ma’ Ottubru tas-sena l-oħra, dan ifisser li dawk jirreġistraw għax-xogħol naqsu b’1,680.
Il-qgħad naqas f’kull kategorija ta’ dawk jirreġistraw għax-xogħol, fosthom il-kategoriji tal-età, persuni b’diżabilità u l-qgħad f’Għawdex.
L-NSO ħareġ ukoll ir-rata tal-qgħad għal Mejju, li kienet ta’ 3.1%.