Il-qawwa tal-mużika Maltija mill-ġdid f’Déjà Vu

Ritratt: The Fotografer (Fgura)

Illum fuq l-istazzjon Net se tixxandar is-seba’ puntata mill-ewwel staġun tad-drama Deja Vu, oriġinarjament tal-2011. Din is-sensiela qed titwassal kulju, mit-Tnejn sal-Ġiimgħa fil-ħin tas-2.30pm.

Mary Spiteri, Eileen Montesin, Xandru Grech, Clare Agius, Tessie Fedele, Mario Micallef, Joe Izzo, Mark Haber, Ronald Briffa, Dominic Cini, Christine Haber, Tereza Gauci, Nicole Muscat u Craig Vella huma fost l-atturi f’din is-sensiela li titratta l-istorja ta’ 6 żgħażagħ minn aspetti differenti tal-ħajja u li mhux kollha jinġiebu iżda li minħabba ċerti ċirkostanzi li jsibu ruħhom fihom ma jkunux jistgħu jagħmlu mod ieħor ħlief li jqattgħu ħin fil-kumpanija ta’ xulxin.

Ritratt: The Fotografer (Fgura)

L-attitudni u l-mod ta’ kif jaġixxu u jġibu ruħhom dawn iż-żgħażagħ huwa kollu riżultat tal-ambjent li jgħixu fih, t-trobbija tagħhom u anke s-sitwazzjonijiet li l-familji tagħhom jaffaċjaw. Dawn iż-żgħażagħ ħafna drabi jagħżlu li jużaw il-qawwa li għandha l-mużika Maltija sabiex jiżvugaw u anke jesprimu ruħhom.