Il-qattiel ta’ Westminster ried ipattiha lill-politiċi tal-pajjiżi tal-Punent

Khalid Masood, ir-raġel li wettaq l-attakk terroristiku fil-pont ta’ Westminster fit-22 ta’ Marzu li għadda, għamel dak li għamel bi protesta kontra l-involviment militari tal-pajjiżi tal-Punent f’pajjiżi Musulmani.
Dawn il-kummenti dehru fl-aħħar messaġġ li Masood bagħat bil-WhatsApp minuti qabel ma ddeċieda li jsuq għal fuq in-nies. Sadanittant il-persuna li rċeviet il-messaġġ ġiet interrogata b’mod instensiv, skont dak li qed tgħid il-midja internazzjonali, iżda nħelset wara li l-awtoritajiet ikkonkludew li ma kellha x’taqsam xejn mal-attakk.
Sminn ftit aktar minn xahar minn meta seħħ l-attakk ’l hawn, 11-il persuni ġew arrestati għal aktar investigazzjonijiet, iżda nħelsu kollha.
Dakinhar ħames persuni mietu, fosthom pulizija, u 50 oħra ndarbu.