Il-qattiel f’Dallas kien qed jippjana attakk ikbar

F'Dallas fl-Istati Uniti, Micah Johnson, li qatel 5 pulizija u darab sebgħa oħra kien qiegħed jippjana attakk ikbar.
Il-Kap tal-Pulizija David Brown qal li ż-żagħżugħ ta’ 25 sena kien irrabjat minħabba l-aħħar qtil mill-pulizija ta’ nies ta’ kulur skur.
Żied jgħid li l-pulizija qed tipprova ssib it-tifsira tal-ittri “RB”, li kiteb b’demmu viċin il-post fejn inqatel.
Uffiċjali wkoll kienu qed jaqraw xi kitbiet tiegħu li sabu f’daru.
Nhar is-Sibt li għadda munizzjon flimkien ma’ materjal li jintuża biex isiru l-bombi nstabu fid-dar ta' Micah Johnson.