Il-Qatar isejjaħ lura l-ambaxxatur fl-Iran

Mal-Arabja Sawdija, il-Bahrain, is-Sudan u l-Emirati Għarab Magħquda issa ngħaqad ukoll il-Qatar li ordna lill-ambaxxatur tiegħu fl-Iran jirritorna f’pajjiżu.
L-Iraq offra li jservi ta’ medjatur fil-kwistjoni dejjem tikber bejn l-Arabja Sawdija u l-Iran wara l-attakki fuq l-ambaxxata Sawdija li segwew il-qtil ta’ Sheikh Iranjan.
L-Iran issospenda wkoll il-pellegrinaġġi għal Mekka minkejja appelli għall-kalma u medjazzjoni mir-Russja, l-Istati Uniti u Franza.