Il-qarrejja ta’ Newsbook favur Franza

Filwaqt li sal-ġimgħa l-oħra, il-qarrejja ta’ Newsbook.com.mt dehru konvinti li l-Ingilterra kienet se tirbaħ it-Tazza tad-Dinja, din il-ġimgħa jidher li jinsabu favur Franza.

Dan wara li l-ġimgħa l-oħra il-Kroazja, li jinsabu fil-finali tat-Tazza tad-Dinja rebħu lill-Ingilterra bl-iskor ta’ 2-1.

Min taħseb li se jirbaħ il-finali? Ivvota għall-Franċiżi jew il-Kroati fil-homepage ta’ Newsbook.com.mt.

Kif qed tiprepara d-dinja għall-finali mistennija?

Il-Kroati u l-Franċiżi qed jippreparaw ruħhom għall-finali tal-lejla billi ltaqgħu flimkien fil-kapitali Russa, Moska, f’ċelebrazzjoni waħda mimlija żfin u kant.

It-tfal salvati mill-għar fit-Tajlanda u li bħalissa jinsabu jirkupraw fl-isptar se jkunu qed isegwu rekording tal-finali mill-kamra tagħhom.

Ma’ Reuters, kelliem għall-isptar spjega li se jkunu qed jaraw rekording minħabba li l-ħin li fiha se tixxandar il-logħba se jkun tard wisq biex ikunu jistgħu jarawha live.

Xi persuni fakkru fl-attakk terroristiku fl-Uganda fil-finali tal-World Cup lura fl-2010 fejn tilfu ħajjithom aktar minn 80 persuna. Talbu għall-viġilanza.

Il-President tal-Parlament Ewropew, Antonio Tajani, awgura l-isbaħ xewqiet liż-żewġ timijiet finalisti.

Artist li juża r-ramel għall-arti tiegħu iddeċieda li jikkrea xi ħaġa dwar il-World Cup.

 U jekk sejjer għall-finali, FIFA ħarġu filmat li jista’ jgħinek tasal u tgawdi l-esperjenza b’mod aktar effiċjenti u memorabbli.