Il-qanfud issa aktar b’rasu mistrieħa fl-Ingilterra

Il-qniefed fl-Ingilterra issa għadhom aktar rashom mistrieħa meta jiġu biex jaqsmu toroq traffikużi wara li se jitwaħħlu sinjali apposta biex sewwieqa joqogħdu aktar attenti għalihom. Il-qniefed se jkunu l-ewwel annimali f’25 sena li se jkollhom sinjali apposta għall-protezzjoni tagħhom li  juru stampa ta’ qanfud bl-iswed fi trianglu aħmar.

Fl-Ingilterra n-numru tal-qniefed qed jonqos ħafna u kien minħabba f’hekk li saru dawn is-sinjali ta’ twissija biex mhux biss jitħarsu dawn il-ħlejjaq imma jevitaw perikli meta sewwieqa tal-karozzi u fuq il-muturi jiżgidjaw biex ma jolqtuhomx.

Is-sinjali ta’ qabel tat-twissija għall-annimali kienu limitati għall-baqar, ngħaġ, żwiemel, żrinġijiet, ċrief u papri. Hu stmat li f’dak il-pajjiż jinqatlu madwar 100,000 qanfud fis-sena. Dan ifisser li mis-sena 2000 naqsu b’terz. Fis-Snin Ħamsijiet kien hemm madwar miljun qanfud.

Bejn l-2005 u l-2017 kien hemm 100 ruħ li mietu u 14,173 oħra li weġgħu f’inċidenti fit-toroq li kienu mdaħħlin fihom l-annimali.

Fay Vass, mis-Soċjeta Ingliża għall-Priservazzjoni tal-Qanfud, qalet li jinsabu ferħana li l-kwistjoni dwar il-qtil tal-qniefed fit-toroq qed tittieħed bis-serjetà li jixirqilha.”