Il-qagħad fl-Ewropa jibqa’ stabbli

Ir-rata tal-qagħad fiż-Żona Ewro baqgħet stabbli b’persentaġġ ta’ 11.5%. Din ir-rata hija l-istess bħal ma kienet irreġistrata f’Ġunju tal-2014 iżda turi tnaqqis fuq il-persentaġġ irrapurtat f’Lulju tal-2013.
L-istess ġara fir-rata tal-qagħad fl-Unjoni Ewropea, bil-persentaġġ ilaħħaq l-10.2%.
Skont dawn il-figuri miġbura mill-Eurostat, madwar 25 miljun persuna fl-Ewropa m’għandiex xogħol. Aktar minn 18-il miljun minnhom jinsabu fiż-Żona Ewro.
Meta kkumparat ma’ Ġunju tal-2014, l-għadd ta’ persuni bla xogħol naqas b’41,000 persuna.