Filmat: Il-qaddisin jimxu f’Via Sacra fiż-Żejtun

Il-ħajjiet ta’ għadd ta’ qaddisin intgħażlu biex jiffurmaw Via Sacra, Emula, li se tittella’ fiż-Żejtun.
Santa Katarina, Santa Rita, Santa Tereża, Santa Monika, San Ġwanni Pawlu t-Tieni, Madre Tereża, Santu Wistin, Gianna Beretta Molla, San Injazju, San Franġisk, Massimiliano Kolbe, INT, San Pawl u San Ġorġ Preca ġew abbinati mal-istazzjonijiet tal-aħħar vjaġġ ta’ Kristu għall-mod kif għixu.
INT mhux żball, imma ż-żgħażagħ ta’ PlusU jemmnu li kulħadd jista’ jkun qaddis. Dan il-grupp ta’ 25 żgħażugħ u żgħażugħa ilu jipprepara minn Jannar. L-eta tal-atturi tvarja minn 11 sa 15-il sena.
Din il-Via Sacra se ssir nhar it-Tlieta, 11 ta’ April, fi 7.30pm fil-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun. Dħul huwa b'xejn u kulħadd huwa mħeġġeġ jattendi.
Għal aktar informazzjoni tista’ tikkuntattja lil grupp fuq il-paġna PlusU.