5 miżuri li għandek issegwi fil-fergħat tal-posta

Il-MaltaPost ħabbret ħames miżuri li wieħed għandu jsegwi meta jżur il-fergħat. Fi stqarrija, il-kumpanija lokali tal-posta qalet li l-fergħat postali kollha huma miftuħin għan-negozju.

Huma appellaw biex dawk kollha li jżuru l-fergħat postali għandhom:

  • Jistennew barra u jżommu d-distanza minima ta’ 2 metri bejniethom
  • Jirrispettaw ir-regola li jkun hemm mhux aktar minn 2 persuni fil-Fergħa Postali fl-istess ħin
  • Iridu jilbsu maskla jew face shield qabel ma jidħlu l-Fergħa Postali
  • Iridu jaħslu jdejhom bil-hand sanitizer
  • Jista’ ma jitħallewx jidħlu jekk juru sinjali ta’ nuqqas ta’ saħħa fiżika

Intant, fl-istess stqarrija l-MaltaPost qalet lill-klijenti biex jirreġistraw u jagħmlu użu servizz mingħajr ħlas tal-Easipik 24/7 Parcel Lockers. Dan is-servizz jagħti l-opportunità lix-xerrejja online biex jiġbru l-oġġetti tagħhom minn 20 Locker f’Malta u Għawdex.

Il-pustier se jerġa’ jibda jivverifika d-dettalji tal-persuna qabel ma jagħti l-pakkett

Il-MaltaPost ħabbret li il-pustier se jkun qiegħed jivverifika d-dettalji tal-karta tal-identità u jitlob il-firma ta’ min qiegħed jirċievi l-pakkett sabiex ikun jista’ jagħtu l-oġġetti postali li jeħtieġu firma. Il-MaltaPost fi stqarrija qalet li dan l-aġġornament qiegħed isir fid-dawl li tneħħiet l-emerġenza ta’ saħħa pubblika kif ukoll minħabba li tneħħew ħafna mill-miżuri preventive tal-COVID-19.

Il-MaltaPost spjegat li jekk il-pustier ma jsib lil ħadd id-dar se jħalli nota b’metodi differenti alternattivi għall-ġbir tal-pakkett. Dawk il-klijenti li jirċievu l-pakkett għandhom iżommu d-distanza rikomandata u jillimitaw l-esponiment fiżiku għal wieħed qasir. Huwa wkoll rikomandat li l-klijenti jiffirmaw għal-oġġetti postali bil-pinna tagħhom.

Il-Kumpanija qalet ukoll li għalkemm ma hemmx restrizzjonijiet jew dewmien fuq posta jew parcels mibgħuta jew riċevuti f’Malta u Għawdex, jista’ jkun hemm xi dewmien ta’ ittri pakketti u parcels minn u lejn xi pajjiżi tat-tielet dinja.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jibgħat email fuq info@maltapost.com, live chat fuq www.maltapost.com jew jibgħat messaġġ privat fuq il-paġna tal-Facebook.