Il-Pusé jmut ta’ 90 sena

Il-mużiċist Joe Curmi, magħruf aħjar bħala ‘il-Pusé’, miet fl-età ta' 90 sena.
Dan ħabbru t-tifel tiegħu George Curmi fuq Facebook. Ibnu rringrazzajh ta’ dak kollu li kien għamel miegħu u qal li kull ma jaf kien bil-mertu ta’ missieru.
Joe Curmi kien mużiċist rispettat ħafna li ta’ spiss kien idoqq fit-Teatru Manoel u fi Strada Stretta.