“Il-Punent obbligat jilqa’ r-refuġjati”

L-Isqof Nunzio Galatino, Segretarju Ġenerali tal-Konferenza Episkopali Taljana qal li l-pajjiżi tal-Punent, u b’mod partikolari l-Italja,  huma obbligati li jilqgħu lir-refuġjati minn pajjiżi fejn hemm l-inkwiet għax kienu dawn l-istess pajjiżi li kkontribwew għat-tbatija tagħhom.
Dan il-moviment kbir ta’ refuġjati inħoloq mill-indifferenza, min-nuqqas ta’ solidarjeta’, mill-esplojtazzjoni mill-gwerrer minsija u mis-suppost “gwerer ġusti”, u għandu bżonn risposta ġeneruża billi kulħadd jagħraf u jġorr ir-responsabbilta’ tiegħu.
L-Isqof qal li l-Italja qed iċċaħħad id-drittijiet ta’ dawk li qed ifittxu għażil u ilha tagħmel dan mill-2011.
Hu lmenta li ħafna pajjiżi qed jonqsu milli jagħrfu r-responsabbilta’ tagħhom li daħlu għaliha meta daħlu fl-art ta’ popli oħra u esplojtaw din l-art u n-nies li jgħixu fiha, faqqru lil dawn il-popli, biegħulhom l-armamenti u għamlu profit mill-gwerer.