‘Il-Pulizja fl-Irlanda ta’ Fuq mhux se jaħdmu fiċ-checkpoints tal-fruntieri’

View of the border crossing between the Republic of Ireland and Northern Ireland outside Newry, Northern Ireland, Britain, October 1, 2019. REUTERS/Lorraine O'Sullivan

Il-Pulizija fl-Irlanda ta’ Fuq mhux se jkunu qed jaħdmu fil-fruntieri tas-sigurtà wara Brexit. Dan qalu l-Kummissarju tal-Pulizija tal-Irlanda ta’ Fuq.

Simon Byrne qal li l-Pulizija se jkunu qed iħarsu l-fruntiera kif kienu jagħmlu qabel. Qal li jekk persuni qed jaħsbu li se jkun hemm uffiċjali armati fiċ-checkpoints f’partijiet varji tal-fruntiera, dan mhux minnu. Dan ġie rrappurtat fl-Irish Times.

Waqt laqgħa pubblika tan-Northern Ireland Policing Board, hu qal li se jkun qed jitlob lill-Gvern Ingliż għal 300 uffiċċjal tal-pulizija ieħor. B’hekk ikun hemm total ta’ 7,500 uffiċċjal fl-pajjiż. Dan se jwassal għal nefqa ta’ £40 miljun. Dawn jiżdiedu mal-200 uffiċċjal li se jkunu fil-pożizzjoni tagħhom f’Marzu. Madwar 200 oħra se jkunu qed jaħdmu fuq karigi oħrajn li għandhom x’jaqsmu ma’ Brexit.

Byrne qal lill-membri tal-bord li fi kliemu mal-Uffiċċju tal-Irlanda ta’ Fuq hu kien ċar ħafna, li sigurtà tal-fruntiera mhux se tkun f’idejn il-Pulizija.

L-Ingilterra mistennija toħroġ mill-Unjoni Ewropea lejn l-aħħar ta’ Ottubru. Madanakollu ż-żewġ naħat għadhom ma waslux għal ftehim li jaqbel miegħu kulħadd.