Il-Pulizija wens għall-anzjani

Pulizija

Il-Pulizija qalet li bħalissa l-għan tagħha hija biex in-nies, speċjalment l-anzjani, iħossu l-preżenza tagħha.

Fuq Facebook, il-Korp qal li f’dawn iż-żminijiet in-nies issoltu jassoċjaw ir-rondi tagħha mal-infurzar.

“Madanakollu, l-għan prinċipali tagħna huwa li naraw li l-preżenza tagħna tidher u tinħass fil-komunità speċjalment għall-ħafna anzjani u persuni vulnerabbli li huma avżati biex jibqgħu ġewwa u li fortunatament qed iżommu mar-regolamenti,” qalet il-Pulizija.

Appellat lin-nies biex jibqgħu siguri u fakkret li qiegħdha hemm għan-nies.