Il-Pulizija u s-suldati jonfqu iktar f’attivitajiet promozzjonali

Is-sena li għaddiet, il-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) u l-Pulizija nefqu total ta’ €13,500 f’avvenimenti organizzati relatati ma’ promozzjoni u komunikazzjoni.
Il-Pulizija weħidhom nefqu €9,300, s-somma straordinarja meta mqabbla mal-infiq tas-snin ta’ qabel. Fil-fatt l-ispiża tal-2016 kienet ta`€2,300, waqt li fis-snin ta’ qabel, il-Pulzija ma organizzat l-ebda attività.
L-ispiża tal-AFM fl-2016 kienet ta`€8,800.
Il-Ministru kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi iżda ma ta l-ebda dettalji dwar l-attivitajiet organizzati.