Il-Pulizija titlob l-għajnuna biex jinstabu dawn it-3 irġiel

Il-Korp tal-Pulizija qed jappella lill-pubbliku sabiex jgħin biex jinstabu tliet irġiel.

Srdjan Dragic, Milos Markovic u Ivan Bozic huma magħrufa li frekwentament ikunu fiż-żona tal-Qbajjar, Marsalforn, fil-limiti taż-Żebbuġ.

Kull min għandu xi tip ta’ informazzjoni fuqhom huwa mitlub jikkuntattja lill-Pulizija, anke jekk b’mod anonimu fuq 119 jew inkella 21224001. Wieħed jista’ jagħmel rapport ukoll fl-aktar għassa tal-Pulizija viċin.