Read in English.
Raġel li kien qed jiġi imfittex mill-Pulizija instab. Dan wara li l-Korp talab għall-għajnuna sabiex jinstab ir-raġel fir-ritratt.
Permezz ta’ post fuq Facebook, il-Pulizija spjegat li r-raġel kien qed jiġi mfittex sabiex jitressaq il-Qorti dwar xi każijiet.
Il-Pulizija kienet qed titlob lil kull min għandu informazzjoni sabiex jibgħat messaġġ lill-Pulizija inkella jċempel fuq 119 jew 21224001. Meta wieħed ikun se jgħaddi informazzjoni lill-Pulizija jikkwota n-numru (2/2019).
Intant il-Pulizija appellat lill-pubbliku sabiex ma jippubblikax l-isem tal-persuna fir-ritratt online.
Wara li nstab, il-Pulizija rringrazzjat lill-pubbliku għall-għajnuna li ġiet provduta.