Il-pulizija tirmonka iktar vetturi abbandunati

Il-pulizija irmunkat tliet vetturi abbandunati mill-Qawra.
F’ħidma li saret dalgħodu mis-Sezzjoni tat-Traffiku, twaħħlu wkoll avviżi fuq numru ta’ vetturi oħra.
Fil-jiem li ġejjin mistennija tittieħed azzjoni wkoll dwar dawn il-vetturi.
Il-pulizija irringrazzjat lill-pubbliku li qed jirrapporta dawn l-irregolaritajiet.
L-elf membru tal-grupp Carpark Paradise fuq Facebook, li tnieda ħmistax ilu, faħħru l-azzjoni qawwija li qed tittieħed mill-pulizija. 
Sadattant, sidien il-vetturi bi pjanċi barranin, li nhar il-Ħadd li għadda ġew irmunkati minn San Pawl il-Baħar ġew identifikati u se jitressqu l-Qorti.