Il-Pulizija tinvestiga żewġ serqiet

Read in English.

Il-Pulizija bħalissa qed tinvestiga żewġ serqiet wara żewġ rapporti li sarulha dalgħodu mill-Ħamrun u Tas-Sliema.

Kelliem għall-Pulizija spjega li fis-6.15am daħal rapport ta’ serqa mill-Ħamrun. Is-serqa seħħet minn ħanut tat-teknoloġija fi Triq il-Kappillan Mifsud. Intant, it-tieni serqa sar rapport dwarha fit-8am. Din seħħet minn ħanut tal-ħelu fi Triq Biżazza f’Tas-Sliema.

Il-Pulizija bħalissa qed tinvestiga sabiex jinstabu dawk li wettqu dan is-serq. Intant, ħadd ma ndarab kawża ta’ dawn is-serqiet minħabba li l-ħwienet kienu magħluqa, u għaldaqstant ma kien hemm ħadd ġewwa.