Il-Pulizija tinvestiga allegat tixħim f’Ministeru; titkeċċa persuna

Il-Pulizija qed tinvestiga allegat tixħim fil-Ministeru għas-Saħħa. Il-persuna kkonċernata ġiet imkeċċija.
L-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-Pulizija ntalbet tinvestiga dawn l-allegazzjonijiet minnufih.
It-terminazzjoni tal-kuntratt saret b’effett immedjat wara li ngħatat informazzjoni li tindika li din il-persuna setgħet talbet jew ħadet flus minn persuna oħra.
F’Jannar li għadda, f’każ separat, is-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali ssospenda persuna li kienet taħdem fl-istaff tas-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes wara ngħatat informazzjoni li setgħet talbet jew ħadet flus minn persuna oħra.