Il-Pulizija tinvestiga reklamar ta’ droga fuq il-Gozo Channel

Il-Pulizija qed tinvestiga każ ta’ allegat reklamar ta’ droga fuq wieħed mill-vapuri tal-Gozo Channel.
Minn informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt, l-allegat każ seħħ f’nofs is-sajf, fejn fuq nett tal-vapur Malita nkiteb bl-iswed numru tal-mowbajl, u fuqu l-kelma ‘COCAINE’.
Min-naħa tiegħu, iċ-Ċermen tal-Gozo Channel Joe Cordina qal li l-kumpanija għaddiet id-dettalji lill-Pulizija u li sal-lum għadu ma sema' b'ebda żviluppi.
Żied jgħid li l-kitba tneħħiet mill-ħaddiema tal-kumpanija.
Għalkemm skont il-Pulizija għadu ma nstabx min għamel dan l-att vandalu, mhux eskluż li din kienet ċajta fuq persuna.