Il-Pulizija tinvestiga għajbien ta’ dgħajsa minn San Tumas

Il-Pulizija qed tinvestiga rapport ta’ dgħajsa li għebet minn mal-moll fil-Bajja ta’ San Tumas.

Is-sidien tad-dgħajsa jemmnu li possibilment id-dgħajsa nqalgħet minn mal-moll minħabba l-maltemp. Madanakollu mhux eskluż li din setgħet insterqet.

L-aħħar li għamlu użu mid-dgħajsa kien il-Ħadd 14 ta’ Lulju. Il-jiem ta’ wara kienu ddominati minn riħ qawwi.

Id-dgħajsa, b’tinda u b’siġġu tal-karozza installat ġo fiha, hija bajda, b’faxx aħmar u isfar, filwaqt li l-qigħ tagħha huwa blu.

Min għandu informazzjoni dwar id-dgħajsa jista’ jikkuntattja l-Pulizija.