Il-Pulizija tiġri wara l-ħallelin f’Raħal Ġdid

Arkivji: Malta Police Force

Stabbiliment fil-Pjazza ta’ Raħal il-Ġdid ġie misruq mal-lejl.

Għall-ħabta tal-11pm il-Pulizija ġiet infurmata li l-iCentre f’Raħal il-Ġdid kien qed jiġi misruq minn persuna jew persuni mhux identifikati.

Il-Pulizija kkonfermat dan ma’ Newsbook.com.mt u qalet li f’dak il-ħin, l-uffiċjali kienu qed jiġru wara l-ħalliel jew ħallelin li setgħu serqu mill-istess stabbiliment.

Persuna li tkellmet ma’ Newsbook.com.mt qalet li l-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit marru fil-pront fil-pjazza armati biex jaħkmu lill-ħallliel.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma li s’issa għadu ma sar l-ebda arrest b’relazzjoni mal-każ.