Il-Pulizija tiċħad rapport fil-midja Taljana

Read in English.

Il-Pulizija f’Malta ċaħdet rapport fil-midja Taljana li Pulizija kien interrogat b’rabta ma’ sejba tad-droga fis-Swieqi.

Is-sit AgrigentoOggi.it qal li r-raġel ta’ 61 li kien interrogat kien Pulizija residenti Santa Venera.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalu li “l-Korp tal-Pulizija kategorikament jiċħad dan u jikkonferma li qatt ma kien Pulizija”.

Żewġ Sqallin ġew arrestati l-Erbgħa wara li l-Pulizija rnexxielha ssib vettura fis-Swieqi li kienet mgħobbija b’madwar 40kg ħaxixa tal-kannabis li kienu f’14-il kaxxa tal-kartun.

AQRA: Arrestati wara li nstabulhom 40kg kannabis f’vettura