Il-Pulizija tibda tinvestiga attentat ta’ stupru f’Raħal Ġdid

Read in English.

Il-Pulizija daħlilha rapport dwar attentat ta’ stupru f’Raħal Ġdid.

Kelliema għall-Pulizija qalet lil Newsbook.com.mt li r-rapport daħal għall-3.45pm. Il-każ allegatament seħħ fi Triq L-Għaqdiet tal-Ħaddiema. Ma kellhiex aktar dettalji sal-ħin tal-pubblikazzjoni tal-artiklu.

It-triq hija waħda żgħira li fiha xi djar u garaxxijiet. Tinsab viċin triq prinċipali li twassal għal Triq Ħaż-Żabbar fil-Fgura.

Google Maps