Read in English.
Il-Pulizija talbet l-għajnuna tal-pubbliku biex issib lill-mara li tidher fir-ritratt b’rabta ma allegazzjonijiet ta’ serq.
Fuq Facebook, il-Pulizija qalet li tixtieq tkellem lill-mara minħabba allegazzjonijiet ta’ ħsarat ukoll. Min għandu xi informazzjoni jista’ jċempel lill-Pulizija fuq in-numri 119 jew 21224001. In-numru ta’ referenza tal-każ huwa 1/2019.