Filmati: Il-Pulizija tinterroga lil Ferris għal 3 sigħat

Christoph Schwaiger

LIVE Jonathan Ferris joħroġ mid-depot tal-Pulizija wara l-interrogazzjonihttps://bit.ly/2vMQd6k

Posted by Newsbook.com.mt on Wednesday, August 8, 2018

LIVE Ferris jidħol id-depot tal-PulizijaId-dettalji:🇲🇹 https://www.newsbook.com.mt/artikli/2018/08/08/il-pulizija-thedded-lil-ferris-barrest/🇬🇧 https://www.newsbook.com.mt/artikli/2018/08/08/police-threaten-to-arrest-ferris/?lang=en

Posted by Newsbook.com.mt on Wednesday, August 8, 2018

Jonathan Ferris, eks spettur u eks impjegat tal-Aġenzija tal-Gvern kontra l-Ħasil tal-Flus (FIAU) daħal fid-depot tal-Pulizija fil-Furjana f’nofsinhar preċiż. Hu ħareġ minn hemm fit-2.50pm, kważi tliet sigħat wara.

L-avukat ta’ Ferris qal li ġie mistoqsi dwar ix-xhieda li ta waqt li kienet għaddejja l-inkjesta maġisterjali dwar il-kumpanija Egrant. Huwa rrepeta dak li kien qal diġà qabel. Ferris għadu ma jafx jekk hux se jerġa’ jiġi msejjaħ mill-Pulizija.

Huwa ma tax kummenti lill-ġurnalisti li kienu qed jistennewh dieħel.

Il-Pulizija thedded lil Ferris b’arrest

Wara xhur ta’ investigazzjonijiet, il-Korp tal-Pulizija qed jhedded b’arrest lil Jonathan Ferris jekk ma jmurx illum kif mitlub fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, biex jiġi interrogat dwar l-Inkjesta Egrant.  Dan wara li Ferris talab li l-interrogazzjoni ssir tlett ijiem oħra biex ikun hawn l-avukat tiegħu.

Minn din l-inkjesta, li damet għaddejja 15-il xahar, irriżulta li ma hemm xejn li jorbot lil Michelle Muscat, il-mara tal-Prim Ministru, mal-kumpanija Egrant fil-Panama.

Dr Jason Azzopardi, wieħed mill-avukati ta’ Ferris, eks spettur u eks impjegat tal-Aġenzija tal-Gvern kontra l-Ħasil tal-Flus (FIAU), qal ma’ Newsbook.com.mt li l-klijent tiegħu talab lill-Pulizija biex imur nhar is-Sibt. Spjega li l-Korp irrifjuta u insista li jekk ma jmurx illum, se joħorġulu mandat ta’ arrest.

Għaldaqstant, spjega Azzopardi,  Jonathan Ferris se jmur għall-interrogazzjoni għall-ħabta ta’ nofsinhar, akkumpanjat minn Dr Busietta. Madanakollu insista li waqt l-interrogazzjoni Ferris mhux se jagħti dettalji li qal lill-Maġistrat Aaron Bugeja.

Il-konklużjonijiet prinċipali tal-Inkjesta Egrant, li huma biss 3% tar-rapport sħiħ, ġew ippubblikati mill-Avukat Ġenerali fit-22 ta’ Lulju li għadda, ftit minuti qabel mal-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja.

Reazzjoni ta’ Simon Busuttil

L-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li l-Pulizija qed tiddedika l-enerġija kollha tagħha kontra dawk li jridu l-verità u l-ġustizzja.

Jiġru wara Ferris imma mhux wara Mizzi u Schembri – #occupyjustice

Fi stqarrija, l-grupp #occupyjustice qalet li minkejja t-talbiet tagħha, il-Pulizija ma ħaditx azzjoni fil-konfront tal-Ministru Konrad Mizzi u liċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri b’rabta ma’ allegazzjonijiet ta’ ħasil tal-flus.

“Minflok, il-Pulizija ta’ Malta jidhru akkaniti jiġru wara nies bħall-ex-Spettur Jonathan Ferris li ġġieldu biex isir magħruf is-sewwa f’isem il-ġustizzja.”

Il-grupp qal li jikkundanna “din il-persekuzzjoni politika”.