​Il-Pulizija tfittex raġel li nqabad jisraq f’Birkirkara

Il-Pulizija qed tfittex raġel li nqabad jisraq minn kameras tas-sigurtà f’Birkirkara.
Il-każ seħħ qabel il-11am tal-bieraħ minn vann li kien ipparkjat quddiem ħanut fil-Wied ta’ Birkirkara.
Mill-vann insteraq apparat elettroniku.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet.