Żagħżugħ arrestat wara sparatura fl-Isla

Aġġornat 07:11 AM
sparatura Isla
CMRU

Read in English.

Il-Pulizija arrestat żagħżugħ wara li kien hemm sparatura fl-Isla lbieraħ filgħaxija.

Dan seħħ għall-ħabta tal-10pm fi Triq iż-Żewġ Mini.

Wara li l-Pulizija rċeviet telefonata dwar din l-isparatura, il-Pulizija tad-Distrett u tar-Rapid Intervention Unit (RIU) bdew bit-tfittxija għall-persuna li sparat. Iż-żagħżugħ ta’ 29 sena nstab mill-Pulizija tad-Distrett.

Il-Pulizija qalet li rriżulta li inqala’ argument bejn iż-żagħżugħ u żagħżugħa oħra ta’ 23 sena, u ż-żagħżugħ allegatament sparalha. Il-vittma, li ma ntlaqtitx, laħqet ħarbet tiġri minn fuq il-post.

Fl-istess triq, il-pulizija sabu l-vettura tal-għamla Mercedes, li kien qiegħed juża r-raġel u
fiha nstabu l-arma tan-nar li allegatament saret l-isparatura biha, lembuba tal-ħadid u
ammont sostanzjali ta’ flus kontanti. Fit-triq instabet ukoll il-balla tat-tir li ġie sparat.

Bil-każ kien infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Ian Farrugia li ordna inkjesta u ħatar
diversi esperti sabiex jassistuh. Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.