Il-Pulizija tfittex 2 irġiel b’rabta ma’ ġlieda b’arma bil-ponta

Il-Pulizija qed tfittex 2 persuni b’rabta mal-każ ta’ nhar il-Ħamis li għadda, meta nstab raġel ferut bi ġrieħi serji fi Triq il-Miratur il-Furjana.
Wieħed mis-suspettati huwa Omar Mohammed Hussein Mustafa, Libjan ta’ 32 sena li joqgħod il-Belt Valletta, u li tiegħu l-Pulizija pprovdiet ritratt.
L-identità tal-allegat aggressur l-ieħor għadha mhux magħrufa, iżda l-Pulizija qed tippubblika ritratt mhux daqstant ċar tiegħu.
Il-Pulizija talbet biex kull min għandu xi informazzjoni jgħaddihielha, anki b’mod kunfidenzjali, billi jċempel 119 jew 21224001, inkella dirett l-Għassa tal-Belt Valletta fuq 22943101/3114.
Xerred dan ir-ritratt biex tgħin lill-Pulizija jsibu lis-suspettati