Aġġornata: Il-Pulizija tat-traffiku m’għadux fil-periklu tal-mewt

Aġġornata 07.11.2015
Kif ħabbar Newsbook.com.mt ilbieraħ, il-Pulizija ikkonfermat li l-kundizzjoni tas-saħħa tal-uffiċjal tal-Pulizija Anthony Galea qalbet għall-aħjar. Intqal li issa r-raġel m'għadux fil-periklu li jitlef ħajtu.

Aktar kmieni
Ħareġ mit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei l-uffiċjal tal-Pulizija tat-Traffiku li weġġa’ f’inċident f’San Ġwann.
Ftit tal-ħin ilu fuq Facebook ittella’ post li jgħid li Anthony Galea ma għadux rikoverat fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Newsbook.com.mt ikkonferma mal-Pulizija r-raġel li nħareġ minn din it-Taqsima biex issa jinsab f’sala oħra ta’ Mater Dei.
Madankollu l-Pulizija ma setgħetx tikkonferma jekk għadux fil-periklu tal-mewt jew le.
L-uffiċjal tal-Pulizija huwa residenti San Ġwann stess u spiċċa fil-periklu tal-mewt wara li lbieraħ kien involut f’inċident tat-traffiku bejn tliet karozzi.