Il-Pulizija tarresta Sqalli b’rabta ma’ traffikar tad-droga

Wara ġimgħat ta’ investigazzjonijiet, il-Pulizija arrestat raġel Sqalli li għandu 33 sena u residenti f’San Ġiljan.
Din il-persuna qiegħda tiġi investigata dwar traffikar ta’ madwar tliet kilogrammi ta’ ħaxixa tal-kannabis.
L-arrest kien riżultat ta’ ħidma mill-iskwadra ta’ kontra d-droga li bdiet f’Diċembru tas-sena l-oħra u li matulha l-Pulizija waslet biex tressaq il-Qorti seba’ persuni Sqallin u akkużathom b’importazzjoni, traffikar u pussess aggravat ta’ droga, f’Malta.