Il-Pulizija tarresta sid l-akbar mansab f’Malta

Nassab qed jaffaċċja sentenza tripla mill-Qorti wara li nqabad jonsob illegalment b’senter ikkargat, bird caller  u mansab.
Fi stqarrija l-Kumitat għall-Moħqrija tal-Għasafar (CABS) qal li l-każ kien irrappurtat lill-Pulizija wara li attivisti tal-grupp qabdu li r-raġel fuq filmat jonsob it-Tnejn waranofsinhar.
Il-grupp qal li l-attivisti tiegħu kienu ilhom isegwu l-mansab tar-raġel għal xi jiem.
Uffiċjali tal-ALE marru l-mansab fis-Siġġiewi 20 minuta wara li sar ir-rapport u rnexxielhom jaqbdu lir-raġel fil-fatt.
Skont CABS dan kien l-akbar mansab li qatt instab f’Malta, li kien fih  saħansitra għadajjar artifiċjali biex jattiraw l-għasafar u żewġ xbieki ta’ 40 metru l-waħda.