Il-Pulizija tarresta raġel li ried jidħol jisraq f’Tas-Sliema

Il-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit arrestat raġel wara li qam susspett li dan kellu l-ħsieb jipprova jidħol biex jisraq minn dar f’Tas-Sliema.
Kienu l-ġirien li avżaw lill-pulizija b’dak li kien qed jiġri fi Triq San Pawl, Tas-Sliema.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11pm. 

Ritratt: The Malta Police Force