Il-Pulizija tarresta raġel li pprova jaħrab minnha ma’ sieħbu

Żagħżugħ li pprova jaħrab lill-Pulizija wara li ppruvat tavviċinah ġie arrestat dal-lejl għall-ħabta tas-1am.
Il-Pulizija qalet li ż-żagħżugħ ta’ 24 sena, li joqgħod Ħaż-Żabbar, kien qiegħed ma’ sieħbu, u dawn it-tnejn ippruvaw jaħarbu meta l-uffiċjali resqu lejhom għax kienu qed ipoġġu bust tal-bronż f’basket.
L-allegata serqa seħħet fi Triq ix-Xatt, l-Imsida, u l-Pulizija qalet li l-bust tal-bronż insteraq mill-inħawi tal-Monument fl-Imsida stess.
Il-Pulizija qed tinvestiga dal-każ.