Il-Pulizija tarresta 11-il immigrant wara ħsarat ikkawżati f’Ħal Far

Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Pulizija arrestat 11-il immigrant wara li kkawżaw ħsarat fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Far.

Fi stqarrija l-Pulizija spjegat kif matul il-lejl, il-Pulizija kienet infurmata li f’Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Far, kien hemm numru ta’ immigranti li kienu bdew jipprotestaw. Kien spjegat li mal-ħin, il-protesta ma baqgħetx waħda paċifika u għalhekk issejħu l-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit (RIU), tal-iSpecial Intervention Unit (SIU) u tad-Distrett biex tingħata l-għajnuna meħtieġa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija wasslu għall-arrest ta’ 11-il immigrant li ttieħdu fil-lockup tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana.

Ħadd ma ndarab b’rabta ma’ dan il-każ. Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.