Il-Pulizija taqbad żagħżugħ ibigħ id-droga f’Paceville

Read in English.

Żagħżugħ inżamm arrestat wara li ġie akkużat li kien qed ibigħ id-droga f’Pacevilli s-Sibt li għadda.

Fil-Qorti deher iż-żagħżugħ minn Ħal Qormi li għandu 21 sena. Ġie akkużat li bigħ il-kokaina qrib post iffrekwentat miż-żgħażagħ. Hu ġie arrestat wara li pulizija rawh jgħati kontenitur kannabis lil persuna oħra fi Triq Dragonara. Meta saret tftixxija fuqu instab li kien fil-pussess tal-kokaina wkoll. Hu qed jiċħad l-akkużi miġjuba kontrih.

L-Uffiċjal Prosekutur l-Ispettur Joseph Xerri qal lill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit li dakinhar ġie arrestat żagħżugħ ieħor ta’ 17-il sena fi klabb. Dan instab fil-pussess tal-kokaina u allega li xtara din id-droga mill-akkużat.

L-avukat difensur Franco Debono talab għall-ħelsien mill-arrest imma din it-talba ġiet miċħuda.