Il-Pulizija taqbad raġel b’sikkina kbira f’Paceville

Il-Pulizija qabdet raġel b’sikkina kbira f’Paceville kmieni dalgħodu.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliema għall-Pulizija li spjegat li r-raġel Libjan inqabad fl-4.30am wara li tkeċċa minn stabbiliment f’Paceville. Ir-raġel jinsab taħt arrest.

Skont l-Ispettur Sandro Camilleri, ir-raġel tkeċċa mill-istabbiliment għax ikkawża kommossjoni. Fuq Facebook Camilleri sostna li din is-sejba ħallietu jħossu qisu qed jara xi film. Intant irringrazzja lill-membri tal-korp u lill-gwardji tas-sigurtà li ħadmu flimkien sabiex tiġi evitata traġedja.