Il-Pulizija taqbad persuna f’Tas-Sliema; għajjat għall-ajjut

Graziella Mifsud

Il-Pulizija qabdu persuna li kienet qed tipprova tidħol f’residenza fi Triq it-Torri f’Tas-Sliema.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-5.50pm tal-lejla meta persuna oħra bdiet tgħajjat għall-ajjut hekk kif rat lill-persuna tidħol f’residenza.

Sa issa għadu mhux magħruf x’wassal għal dan l-inċident.

Persuni li kienu fuq il-post qalu lil Newsbook.com.mt li raw għadd ta’ karozzi tal-Pulizija f’din it-Triq fil-ħin tal-inċident.