Il-Pulizija tappella lil min tilef il-pjanċi tal-vetturi biex jagħmel rapport

Read in English.

Il-Pulizija qed tappella lil kull min tilef il-pjanċi ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi fil-maltemp biex jagħmel rapport fl-eqreb għassa tal-Pulizija.

Dan wara li xxerrdu diversi ritratti fuq il-mezzi soċjali ta’ pjanċi ta’ reġistrazzjoni maqlugħin wara l-maltemp li ħakem lill-Gżejjer Maltin fl-aħħar jiem.

Min tilef il-pjanċa huwa mitlub jagħmel rapport sabiex imbagħad jiġi infurmat f’każ li din tinstab jew sabiex tinħareġ pjanċa oħra minn Transport Malta.

Persuna li ssib xi pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ vettura għandha teħodha fl-eqreb għassa. Il-Pulizija mbagħad tikkuntattja lis-sidien rispettivi sabiex il-pjanċa/i tinġabar/jinġabru.

L-effetti tal-maltemp fuq il-Gżejjer Maltin
Filmati: Il-ħerba li għamel il-maltemp fil-Gżejjer Maltin