Il-Pulizija tanalizza filmati wara inċident b’passiġġier fl-ajruport

Customs

Il-Pulizija qed tanalizza filmati tas-CCTV wara li jidher li nqala’ xi inċident b’rabta ma’ passiġġier fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li kien hemm xi tip ta’ inċident bl-involviment ta’ passiġġier però ma kellhiex aktar dettalji sal-ħin tal-pubblikazzjoni tal-artiklu.

Skont is-sit Net News, il-Pulizija qed tfittex “raġel barrani” li kien qed juża xi tip ta’ dokumenti foloz biex isiefer. Intqal li dan ħarab.