Aġġornata: Jitressqu l-Qorti żewġ persuni b’rabta ma’ delitt li seħħ fl-2005

Il-pulizija ressqet il-Qorti żewġ persuni, b’rabta ma’ qtil li seħħ lura fl-2005.

Il-każ kien seħħ fit-13 ta’ April 2005 wara li Simon Grech ta’ 20 sena mis-Siġġiewi, kien instab maqtul il-Marsa.

Huwa kien ġie rrappurtat nieqes fil-5 t’April. Grech kien instab fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni f’għelieqi, wara li kien miet kawża ta’ 19-il daqqa ta’ arma bil-ponta.

Wieħed mill-akkużati jinsab il-ħabs u llum kien mistenni li se jiġi rilaxxat. L-akkużati huma ta’ nazzjonalita’ barranija. Ismael Habesh, ta’ 42 sena li huwa Libjan u Faisal Hagri ukoll ta’ 42 sena mit-Tuneżija.