Aġġornat: Adolexxent ta’ 15-il sena akkużat bi tmien serqiet

Adolexxent ta’ 15-il sena nħeles mill-arrest wara li ġie akkużat bi  tmien serqiet minn djar fir-raħal tiegħu ta’ Wied il-Għajn bejn Awwissu u Settembru.

Fi stqarrija iktar kmieni llum il-Pulizija qalet li rnexxielha ssib lil min wettaq sensiela ta’ serqiet f’Wied il-Għajn u li l-persuna kienet se titressaq il-Qorti. Il-Pulizija qalet ukoll li sabet xi wħud mill-oġġetti misruqa.

Fil-Qorti t-tifel, li ismu ma jistax jixxandar minħabba li huwa taħt l-età, qal li ma jmurx skola minħabba li ma bagħtux għalih.

Il-Qorti poġġietu taħt ordni superviżjoni u tatu l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €2,000 filwaqt li ordnatlu jiffirma l-għassa darba fil-ġimgħa kif ukoll kundizzjonijiet fuq il-ħinijiet tal-ħruġ tiegħu mid-dar.

Żagħżugħ ta’ 15 – il sena se jitressaq il-Qorti fis-sigħat li ġejjin akkużat b’dawn is-serqiet.

Fi stqarrija ntqal li uħud mill-oġġetti misruqa nstabu mill-pulizija.